Mur għall-kontenut ewlieni

Formoli għall-kuntratti tal-UE

Il-formoli tal-Identifikazzjoni Finanzjarja u tal-Entità Legali meħtieġa biex jitnedew il-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt jew ta’ sussidju, u l-kundizzjonijiet ġenerali għal kuntratti ta’ akkwist ta’ valur baxx.

Identifikazzjoni Finanzjarja u Entità Legali

Il-formoli ta’ hawn taħt huma maħsuba biex jgħinuk fil-komunikazzjoni mad-dipartimenti tal-Kummissjoni, li jitolbuk tgħaddi l-koordinati legali jew bankarji tiegħek, sabiex dawk ikunu jistgħu jiġu rreġistrati fil-“File tal-Entità Legali (LEF)” u fil-“File tal-Kont Bankarju (BAF)”.

Skont it-termini tad-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija minn hawn ’il quddiem, is-servizzi li magħhom biħsiebek tiffirma konvenzjoni ta’ finanzjament jew kuntratt, u/jew li se jallokaw fondi lilek, ma jistgħux iniedu proċeduri ta' għoti għal kuntratt jew sussidju, u lanqas ma jistgħu jipproċedu għall-awtorizzazzjoni ta’ pagamenti favur tiegħek, sakemm il-koordinati tiegħek ma jiġux reġistrati u vvalidati ċentralment.

Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet importanti qabel timla d-dokumenti!

11 MARZU 2019
Instructions for filling out legal entity and bank account forms

Il-formoli Adobe-Acrobat li ġejjin jistgħu jimtlew b’mod diġitali fuq l-internet (imbagħad stampa u ffirma l-formola) iżda teħtieġ mill-inqas il-verżjoni 8 tal-Adobe Acrobat. Jekk m’għandekx din il-verżjoni tista’ tiddawnlowdjaha. Din il-verżjoni tippermettilek tissejvja kopja tal-formola mimlija (jekk teħtieġ) fuq il-computer tiegħek.

Jekk m’għandekx dan is-software, jekk jogħġbok

  • stampa din il-formola
  • imlieha manwalment
  • iffirmaha

Nota: Jekk jogħġbok innota li f’każ li tippreżenta din l-informazzjoni permezz ta’ portal online, it-tlestija manwali u l-firma ta’ din il-formola jistgħu ma jkunux meħtieġa. Jekk jogħġbok ara l-istruzzjonijiet speċifiċi pprovduti mid-dipartiment tal-Kummissjoni li int f’kuntatt miegħu.

Identifikazzjoni finanzjarja

Iddawnlowdja l-formola tal-Identifikazzjoni Finanzjarja biex tikkomunika l-koordinati bankarji meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-pagamenti mill-UE.

Entitajiet ġuridiċi

Il-formola tal-Entità Legali għal persuna fiżika, kumpaniji privati, u korpi tal-liġi pubblika meħtieġa għall-għoti ta’ finanzjament mill-UE.

Kuntratti ta' valur baxx

Kundizzjonijiet ġenerali għal kuntratti ta’ valur baxx:

It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għal kuntratti ta’ akkwist ta’ valur baxx.