Irrapporta l-ksur
Dan l-artikolu jipprovdi ħarsa ġenerali lejn kif għandek tirrapporta ksur potenzjali tar-Regoli u t-Termini tas-Servizz ta' X.
Tista' tirrapporta direttament minn post, Lista, jew profil individwali għal ċertu tipi ta' ksur, inklużi: spam, kontenut abbużiv jew ta' ħsara, reklami mhux xierqa, ħsara personali u impersonazzjoni. Għal informazzjoni dwar ir-rappurtar ta' tipi oħra ta’ ksur, ara t-taqsima Kif tirrapporta tipi speċifiċi ta' ksur hawn taħt.
Kif tirrapporta posts individwali għal ksur:
Sir af kif tirrapporta posts, Listi, jew Messaġġi Diretti għal ksur.
Kif tirrapporta midja għal ksur:
Sir af kif tirrapporta posts għal midja, u aqra l-politika ta' X dwar il-midja.
Kif tirrapporta profili għal ksur:
- Iftaħ il-profil li tixtieq tirrapporta.
- Agħżel l-ikona tal-overflow
- Agħżel Irrapporta u mbagħad agħżel it-tip tal-kwistjoni li tixtieq tirrapporta.
- Jekk tagħżel Qed ikunu abbużivi jew ta' ħsara, aħna nitolbuk tibagħtilna iktar informazzjoni dwar il-kwistjoni li qed tirrapporta. Nistgħu nitolbuk ukoll tagħżel aktar posts mill-kont li qed tirrapporta biex ikollna kuntest aħjar għall-evalwazzjoni tagħna tar-rapport tiegħek.
- Se ninkludu t-test tal-posts li rrapportajt fl-emails u n-notifiki ta' segwitu li nibagħtulek. Biex ma tirċevix din l-informazzjoni, jekk jogħġbok neħħi l-marka mill-kaxxa ħdejn Aġġornamenti dwar dan ir-rapport jistgħu juru dawn il-posts.
- Ladarba tibagħtilna r-rapport tiegħek, aħna nagħtuk xi rakkomandazzjonijiet rigward azzjonijiet oħra li tista' twettaq biex ittejjeb l-esperjenza tiegħek ta’ X.
Kif tirrapporta kontenut speċifiku f'Mument
Kif tirrapporta post f’Mument għal ksur:
- Mur fil-post fil-Mument li tixtieq tirrapporta.
- Ikklikkja jew miss l-ikona ta' .
- Ikklikkja jew miss Irrapporta post.
- Agħżel it-tip tal-kwistjoni li tixtieq tirrapportalna.
- Ladarba tibagħtilna r-rapport tiegħek, aħna nagħtuk xi rakkomandazzjonijiet rigward l-azzjonijiet li tista' twettaq biex ittejjeb l-esperjenza tiegħek ta’ X.
Kif tirrapporta Mument għal ksur:
Skont x'tip ta' ksur qed tirrapporta, hemm diversi modi kif tirrapporta Mument. Hawn taħt issib lista tat-tipi ta' ksur li tista’ tara:
Ladarba tkun identifikajt it-tip ta' ksur li trid tirrapporta, imxi mal-istruzzjonijiet t’hawn taħt.
- Għażel waħda mill-formoli elenkati hawn fuq.
- Daħħal il-URL tal-Mument li tixtieq tirrapporta.
- Ibagħtilna mhux aktar minn 5 posts fil-Mument li jistgħu jkunu fi ksur.
- Ladarba tibagħtilna r-rapport tiegħek, aħna nagħtuk xi rakkomandazzjonijiet rigward l-azzjonijiet li tista' twettaq biex ittejjeb l-esperjenza tiegħek ta’ X.
Kif tirrapporta Spazju ta' X jew persuna fi Spazju
Jekk taħseb li Spazju jew xi ħadd fi Spazju qed jikser ir-Regoli u l-politiki ta' X, tista' tirrappurtahom. Il-kelliema u s-semmiegħa jistgħu jirrapportaw Spazju u kwalunkwe kont fi Spazju.
Kif tirrapporta Spazju għal ksur:
- Waqt li tkun fi Spazju, miss l-ikona tal-overflow .
- Miss Irrapporta dan l-iSpazju.
- Agħżel it-tip tal-kwistjoni li tixtieq tirrapportalna.
- Ladarba tkun irrappurtajt l-iSpazju, tista' tagħżel jekk tridx titlaq jew tibqa’.
Kif tirrapporta kont għal ksur:
- Waqt li tkun fl-iSpazju, miss ir-ritratt tal-profil tal-kont.
- Miss Irrapporta.
- Agħżel it-tip tal-kwistjoni li tixtieq tirrapportalna.
- Ladarba tkun irrappurtajt l-iSpazju, tista' tagħżel jekk tridx titlaq jew tibqa’ fl-iSpazju.
Kif tirrapporta prodott
Jekk taħseb li prodott minn negozjant fuq X jikser il-Politiki dwar ix-Xiri tagħna, inti tista' tirrapportahom direttament mill-App tal-X għall-iOS jew l-Android tiegħek.
Kif tirrapporta prodott minn Spotlight tal-Ħanut :
- Waqt li tkun fuq il-profil ta' negozjant, sib l-iSpotlight tal-Ħanut.
- Agħżel l-ikona ta' aktar fuq il-prodott li tixtieq tirrapporta.
- Agħżel Irrapporta prodott.
- Agħżel Ksur tal-proprjetà intellettwali jekk qed tirrapporta prodott għal kwistjonijiet rigward drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Tkun trid tinkludi l-ID tal-prodott. Tista' tibgħat ukoll ksur tal-proprjetà intellettwali direttament hawn.
Agħżel Ksur ieħor jekk qed tirrapporta prodott għal xi raġuni oħra.
Kif tirrapporta prodott minn Ħanut ta' X:
- Mill-ħanut ta' X, mur għall-prodott li tixtieq tirrapporta.
- Agħfas fit-tul fuq it-tajl tal-prodott sakemm tidher il-buttuna irrapporta l-prodott.
- Agħżel Irrapporta prodott.
- Agħżel Ksur tal-proprjetà intellettwali jekk qed tirrapporta prodott għal kwistjonijiet rigward drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Tkun trid tinkludi l-ID tal-prodott. Tista' tibgħat ukoll ksur tal-proprjetà intellettwali direttament hawn.
Agħżel Ksur ieħor jekk qed tirrapporta prodott għal xi raġuni oħra.
Kif tirrapporta tipi speċifiċi ta' ksur
L-informazzjoni t'hawn taħt tiddeskrivi t-tipi ta' ksur li tista’ tirrapportalna permezz taċ-Ċentru tal-Għajnuna tagħna.
- Użu mhux awtorizzat ta' trademark: Sir af aktar dwar il-politika dwar it-trademarks ta' X u rreġistra rapport hawn.
- Użu mhux awtorizzat ta' materjali protetti bid-drittijiet tal-awtur: Sir af aktar dwar il-politika dwar id-drittijiet tal-awtur ta' X u rreġistra rapport hawn.
- Bejgħ jew reklamar ta' oġġetti ffalsifikati: Sir af aktar dwar il-politika dwar oġġetti ffalsifikati ta' X u rreġistra rapport hawn.
- Politika tal-privatezza rigward it-tfal: Is-servizzi tagħna mhumiex diretti lejn persuni taħt it-13-il sena. Jekk issir taf li t-tifel/tifla tiegħek tawna informazzjoni personali mingħajr il-kunsens tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-formola tal-privatezzatagħna. Sir af aktar dwar il-politika tagħna rigward it-tfal fil-Politika tal-Privatezza.
- Sfruttament sesswali tat-tfal: Sir af aktar dwar il-politika dwar l-isfruttament sesswali tat-tfal tagħna u rreġistra rapport hawn.
- Pornografija: Biex tirrapporta stampi oxxeni jew pornografiċi li qed jintużaw fir-ritratti tal-profili u/jew fir-ritratti tal-intestaturi fuq X, imxi mal-istruzzjonijiet tagħna dwar ir-rappurtar ta' midja sensittiva.
- Impersonazzjoni ta' individwu jew ditta: Sir af aktar dwar il-politika tal-impersonazzjoni tagħna u rreġistra rapport hawn.
- Informazzjoni privata ppubblikata fuq X: Sir af aktar dwar il-politika dwar l-informazzjoni privata tagħna u rreġistra rapport hawn.
- Imġiba abbużiva u theddid vjolenti: Sir af aktar dwar il-politika dwar imġiba abbużiva tagħna u rreġistra rapport hawn.
- Spam u abbuż tas-sistema: Jekk qed tesperjenza problema ta' spam jew malware li qed iħallu impatt fuq l-użu tiegħek ta’ X, rreġistra rapport hawn.
- Ksur tal-politika tal-X Ads: Sir af kif tagħraf l-X Ads u l-passi li tista’ tagħmel biex issolvi l-kwistjonijiet mingħajr ma tirreġistra rapport. Irraporta X Ad li jista' jkun fi ksur tal-politiki tagħna.
Nota: Meta tirrapporta ksur potenzjali tar-Regoli u t-Termini tas-Servizz ta' X permezz taċ-Ċentru tal-Għajnuna, tista' tiġi mitlub biex tagħtina permess naqsmu partijiet mir-rapport tiegħek ma’ partijiet terzi, pereżempju l-kont affettwat.
Kif tirrapporta f’isem xi ħadd ieħor
Tista' tirrapporta ksur f’isem persuna oħra. Ara l-kategoriji u l-istruzzjonijiet elenkati hawn fuq jew ikkuntattjana biex tibgħat ir-rapport tiegħek. Tista' wkoll tirrapporta direttament minn post jew profil (ara t-taqsima Kif tirrapporta direttament minn post, Lista, jew profil).
L-iskadenzi tar-rispons
X tikkonferma r-riċevuta tar-rapporti ppreżentati kif suppost fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa. Għalkemm ir-rapporti ġeneralment jiġu solvuti fi ftit jiem, iż-żmien tar-riżoluzzjoni jista' jvarja u jista' jieħu tletin jum biex tinkiseb riżoluzzjoni fuq il-bażi ta’ fatturi li ħafna drabi ma jkunux fil-kontroll ta' X, bħall-ħtieġa ta’ tidħil mill-utent u jekk l-utent jagħżilx li jappella.