Paġna ewlenija
Il-liġijiet tas-suq uniku tal-UE jiddefinixxu d-drittijiet tal-persuni, l-oġġetti, is-servizzi u l-kapital li jiċċaqalqu liberament bejn il-fruntieri tal-Istati Membri. L-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-liġijiet teħtieġ koordinazzjoni, kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ekwivalenti ta’ kull pajjiż tal-UE. Biex tiffaċilita dan, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat għodda online msejħa s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI).